Huma 40 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 29,033
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa mietu żewġ persuni oħra, raġel ta’ 84 sena u mara ta’ 91 sena li lkoll kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 392– 15-il fatalità fl-aħħar sebat ijiem, u 77 tul dan ix-xahar …l-ogħla ammont għall-2021.
Intant fl-aħħar 24 siegħa skont il-Ministeru tas-Saħħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 101 bit-total ikun dak ta’ 27,812.
B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 829.
Sat-Tlieta, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 53,540.