Futbol Sport

Marcelo Lippi b’possibilità li jirritorna ma’ Juventus

(Ritratt: EPA)

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Marcelo Lippi jista’ jirritorna ma’ Juventus bħala Direttur Tekniku tal-klabb Taljan. Jidher li l-President Andrea Agnelli hu kommess li jżomm lil Andrea Pirlo bħala kowċ tal-klabb minkejja l-istaġun deludenti li Juventus qiegħed ikollhom.

Agnelli hu konvint mill-bżonn li l-klabb isaħħar is-settur tekniku b’Marcelo Lippi jidher il-persuna idejali li jista’ jimla l-irwol ta’ Direttur Tekniku. Lippi li kien ukoll kowċ ta’ Juventus, irnexxielu jirbaħ ħames kampjonati u darba l-UEFA Champions League fost l-oħrajn mal-Bianconeri,

Marcelo Lippi li llum għandu 73 sena mexxa lill-Italja għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 li kienet saret fil-Ġermanja.