Illejla ġiet fi tmiemha l-waqfa internazzjonali fejn intlagħbu l-aħħar partiti mir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 fejn bosta pajjiżi Ewropej kienu fl-azzjoni.
L-Ingitlterra f’Wembley Stadium għelbu lill-Polonja 2-1.Wara bidu pjutttost kwiet, l-Ingilterra ngħataw penalty fit-18 -il minuta meta Michal Helik waqqa lil Raheem Sterling fil-kaxxa, biex minn ħdax-il metru l-captain Ingliż HARRY KANE ma’ żbaljax. Il-Polonja fit-tieni taqsima ħarġu fuq l-offenisva u ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz ta’ JAKUB MODER li kkonkluda fuq pass ta’ Arkadiusz Milik. L-Ingilterra reġgħu marru fil-vantaġġ ħames minuti mit-tmiem, meta minn corner ta’ Phil Foden, John Stones għadda bir-ras lejn HARRY MAGUIRE li mill-viċin ma żbaljax.
L-Italja barra minn darhom ukoll kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 fuq il-Litwanja fi Grupp Ċ biex b’hekk s’issa rebħu kull partita fil-grupp s’issa. Wara taqsima mingħajr gowls, kien STEFANO SENSI fit-48 minuta li fetaħ l-iskor wara li kkonkluda fuq pass ta’ Manuel Locatelli. Lejn it-tmiem, l-Italja rduppjaw meta Donatas Kazlauskas waqqa lil Nicolo Barella fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. CIRO IMMOBILE ta u skorja l-penalty għall-rebħa ta’ 2-0.
Fi Grupp J, il-Ġermanja b’sorpriża lienu megħluba mill-Maċedonja 2-1. Kienu l-Maċedonja li fetħu l-iskor fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross ta’ Enis Bardhi, kien GORAN PANDEV li kkonkluda mill-viċin. Il-Ġermanja ġabu l-iskor indaqs fit-63 minuta meta Ezgjan Alioski waqqa lil Leroy Sane fil-kaxxa bir-referee jordna peanlty. IKAY GUNDOGAN ma żbaljax. Iżda, lejn it-tmiem, kontra kull mistenni l-Maċedonja marru fil-vantaġġ meta Arijan Ademi għadda lejn ELJUF ELMAS li kkonkluda għal 2-1.
Wara bidu mhux daqs tant konvinċent fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni, Franza kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra l-Bosnija Herzegovina. L-attakkant ta’ Barcelona ANTOINE GRIEZMANN fetaħ l-iskor wara siegħa logħob meta kkonkluda permezz ta’ daqqa ta’ ras fuq cross ta’ Adrian Rabiot.
Wara r-rebħa fl-aħħar sekondi kontra l-Ġorġja, Spanja kisbet rebħa konvinċenti ta’ 3-1 fuq il-Kossovo. DANIEL OLMO fetaħ l-iskor wara 34 minuta meta kkonkluda minn pass ta’ Jordi Alba, biex mbagħad kien FERRAN TORRES li rdoppja fis-36 minuta wara li kkonkluda b’azzjoni personali. Il-Kossova naqqsu l-iskor fis-70 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ BESAR HALIMI. Spanja għalqu l-partita ħames minuti wara meta minn corner ta’ Koke, kien GERARD MORENO li b’daqqa ta’ ras preċiża reġa fetaħ vantaġġ doppju għat-tim ta’ Luis Enrique.
FAŻI TA’ KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA 2022
Illum: GRUPP B: Greċja v Ġorġja 1-1, Spanja v Kossovo 3-1 GRUPP Ċ: Litwanja v Italja 0-2, Irlanda ta’ Fuq v Bulgarija 0-0 GRUPP D: Bosnija v Franza 0-1, Ukranja v Kazakhstan 1-1 GRUPP F: Awstrija v Danimarka 0-4, Moldova v Iżrael 1-4, Skozja v Gżejjer Faroe 4-0 GRUPP I: Andorra v Ungerija 1-4, Ingilterra v Polonja 2-1, San Marino v Albanija 0-2 GRUPP J: Armenja v Rumanija 3-2, Ġermanjna v Maċedonja 1-2, Liechtenstein v Iżlanda 1-4
//= $special ?>