30 maratona fi 30 jum. Total ta’ 1,266 kilometru fi tletin ġurnata.
Avventura ambizjuża ta’ Drew Lang li ħareġ b’din l-idea li jiġri maratona f’kull jum ta’ April b’rizq Puttinu Cares.
Lang, li kien jikkompeti fil-ġiri għal aktar minn 30 sena, illum se jkun qed juża l-enerġija atletika tiegħu biex jagħmel dan il-ġest mill-isbaħ bi skop li jinġabru flus għal min għaddej minn żmien diffiċli.
Lang ilu jipprepara x-xhur għal din l-attività u għal ġimgħat sħaħ kien qed jiġri medja ta’ 200 kilometru fil-ġimgħa.
Drew iddeċied li jidħol għal din l-isfida wara li martu Edith ukoll għaddiet minn zmien meta kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer.
Edith illum tinsab tajba imma tappella biex kull min jista jgħin, jagħmel dan għax il-mard qiegħed dejjem jiżdied.
Lang se jkun qed jiġri kuljum mill-Ħamis l-1 t’April.
Il-ġirjiet jibdew għall-ħabta tat-3pm u se jsiru fil-park Nazzjonali ta’ Ta Qali.
Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom iżda l-pubbliku hu mistieden ukoll li jakkumpanja lil Drew fl-aħħar kilometri tal-ġirja tiegħu biz-żamma tad-distanzi kif mitluba skont il-protokolli b’rabta mal-pandemija.
//= $special ?>