Raġel ta’ nazzjonalità barranija ngħata sentenza ta’ sentejn u nofs priġunerija u kien mitlub iħallas 3,700 ewro fi spejjeż għall-esperti talli ammetta li, fis-Sajf li għadda, seraq minn żewġ appartamenti.
Munir Mohamed Ali Gammudi kien akkużat li f’Lulju u Awwissu li għaddew seraq mill-appartamenti fiż-Żebbuġ Għawdex u f’San Pawl il-Baħar rispettivament, bl-ammont misruq kien jaqbeż l-2,300 ewro.
Il-Qorti kkunsidrat li r-raġel, li għandu Permess ta’ Residenza Maltija, hu riċediv u li għandu problema ta’ abbuż mid-droga, iżda wkoll li ammetta kmieni fil-proċess.
Fil-każ, il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Shawn Pawney u Clayton Camilleri.
//= $special ?>

