Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta ta’ 11.45am fil-Bypass tax-Xemxija.
Jirriżulta li r-raġel, ta’ 39 sena minn Birkirkara kien qed isuq il-mutur, akkumpanjat minn passiġġiera ta’ 41 sena minn Tas-Sliema, meta għal xi raġuni kien involut fl-inċident ma’ karozza tat-tip Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mill-Imġarr.
Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna u wassal lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei. Min-naħa tagħha, il-mara li kienet fuq il-mutur irrifjutat li tingħata l-għajnuna medika, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda feriti.
Filwaqt li r-raġel ġarrab ġrieħi gravi, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>