Sport Sport Ieħor

Stefanos Tsitsipas u Daniil Medvedev fil-kwartifinali

Fl-Open ta’ Miami l-ebda diffikultá għal Stefanos Tsitsipas u Daniil Medvedev hekk kif iż-żewġ tennisti kwalifikaw għall-kwartifinali.

Tsitsipas għeleb lil Lorenzo Sonego 6-2 7-6 fejn fil-kwartifinali se jkun qed jilgħab kontra Hubert Hurkacz, bit-tennista Grieg ikun kwotat jgħid li f’dan il-mument partikolari qiegħed f’forma tajba u dan qed ikollu mpatt pożittiv fuq il-logħob tiegħu.

Minn naħa l-oħra s-seed numru wieħed fl-Open ta’ Miami għamilha għar-round li jmiss b’rebħta ta’ 6-4 6-3 fuq Frances Tiafoe biex b’hekk żamm ir-rekord impressjonanti kontra l-istess Tiafoe. Fir-round li jmiss se jkun qed jaffaċċja lil Roberto Bautista Agut, f’partita interessanti wara li Agus għeleb lil John Isner fir-round preċidenti.

L-aħħar Amerikan li fadal fit-tournmanet, Sebastian Korda wkoll kwalifika għall-kwartifinali meta għeleb lil Diego Schwartzman 6-3 4-6 7-5 u issa se jkun qed jilgħab Andrey Rublev.

Jannik Sinner u Alexander Bublik ukoll għamluha għal mal-aħħar tmienja hekk kif eliminaw lil Emil Ruusuvuori u lil Taylor Fritz.