Il-Pulizija arrestat żagħżugħ ta’ 19-il sena mumenti wara li allegatament wettaq hold-up f’ħanut tal-ikel hekk kif daħal armat b’arma bil-ponta u seraq ammont ta’ flus kontanti. Il-każ seħħ fit-30 ta’ Marzu, 2021, fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li impjegat ta’ 34 sena ġie avviċinat miż-żagħżugħ armat. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Minn aktar stħarriġ, il-Pulizija rnexxielha tiddentifika lill-allegat ħalliel u bdiet tfittxija għalih. Huwa ġie arrestat ftit ħin wara f’residenza f’Tas-Sliema u qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti illum, għal ħabta tan-nofsiegħa, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.
//= $special ?>

