Il-kriżi ta’ Hong Kong qed tkompli meta seba’ fost l-aktar attivisti prominenti favur id-demokrazija spiċċaw ikkundannati talli organizzaw illegalment il-movimenti tan-nies li kienu relatati ma’ dimostrazzjonijiet tal-massa li saru sentejn ilu.
L-ikkundannati, fosthom is-sinjurun tal-media Jimmy Lai u l-politiku veteran Martin Lee, instabu ħatja bħala l-protagonisti ta’ marċ li ma kienx awtorizzat mill-awtoritajiet u mistenni li s-seba imputati se jiskuntaw sentenzi ta’ priġunerija.
Intant, inġabru d-dimostranti barra l-awla tal-qorti fost l-għajjat favur l-imputati li qed jitqiesu bħala l-vittmi ta’ persekuzzjoni politika. Dan meta ċ-Ċina tinsab determinata li tirtira d-drittijiet u l-livell ta’ libertà li Hong Kong ilu jgawdi mindu spiċċa minn kolonja tar-Renju Unit, fl-1997.
Aktar qabel, żewġ attivisti oħra kienu ammettew il-ħtija dwar l-akkużi miġjuba kontrihom u meta huma, issa, qed jiffaċċjaw massimu ta’ ħames snin ħabs. Intant, is-sentenzi għal Jimmy Lai u s-sitta l-oħra iridu jkunu konfermati aktar ‘il quddiem.
//= $special ?>