Fl-isfond ta’ Ġimgħa Mqaddsa oħra f’nofs pandemija u tal-fatt li ċ-ċelebrazzjonijiet pubbliċi marbuta ma’ din il-ġimgħa li fiha nfakkru l-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu ġew imħassra, il -Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira fi ħdan is-soċjetà Beland taż-Żejtun ħasbu li jorganizzaw mixgħela ta’ kuraġġ.
Din il-mixgħela, bit-tema ‘Id-dawl se jirbaħ fuq id-dlam’, se ssir fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina llum il-Ħamis mit-8.00pm ‘l quddiem.
Filwaqt li tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex iżur din il-mixgħela, il-Kummissjoni tfakkar fl-importanza li wieħed iżomm mar-restrizzjonijiet u l-miżuri li hemm fis-seħħ b’rabta mal-pandemija.
//= $special ?>