Il-ħaddiema tal-Gozo Channel, meqjusa bħala frontliners f’din il-pandemija minħabba li baqgħu għaddejin il-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer, għadhom mingħajr it-tilqima tal-COVID-19.
Skont informazzjoni li rċieva dan is-sit, dawn il-ħaddiema għadhom lanqas irċievew l-invit għall-ewwel tilqima meta hawn ħaddiema fil-qasam tat-trasport f’pajjiżna li diġà ssejjħu għall-ewwel doża tal-vaċċin.
Bil-pjanijiet tal-Gvern li mill-1 ta’ Ġunju jiftaħ għat-turiżmu, dawn il-ħaddiema lanqas se jkunu ħadu t-tieni doża tal-vaċċin sa dakinhar jekk jissejjħu biex jieħdu l-AstraZeneca.
Intant, huma bosta r-rapporti li daħħlulna dwar il-fatt li mhux qed ikun hemm infurzar fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali bejn iż-żewġ gżejjer…tant li fiċ-Ċirkewwa f’xi ħinijiet inġemgħu kjuwijiet ta’ karozzi, minkejja r-restrizzjonijiet.
//= $special ?>