Festi Knisja Kultura Lokali

Il-kunċert ta’ Joseph Calleja minn San Ġwann se jixxandar fuq Classic FM

Kunċert ta’ mużika Sagra tat-tenur Malti ta’ fama internazzjonali, Joseph Calleja, li ġie rrekkordjat fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fl-aħħar jiem se jiġi trażmess illejla fid-9pm fuq Classic FM, l-akbar stazzjoni tar-radju u portal fir-Renju Unit għall-mużika.

F’dan il-kunċert, bl-isem “Joseph Calleja – Sacred Music from St. John’s”, ħadu sehem ukoll is-Sopran, Sondra Rodvanosky, il-Baritonu Christian Van Horn, il-Mezzo Sopran Maltija, Marvic Monreal, flimkien mal-Orkestra Nazzjonali, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Ramon Tebar.

Fost ir-repertorju tal-kunċert, wieħed isib selezzjonijiet mill-famuża Requiem ta’ Giuseppe Verdi, Panis Angelicus ta’ Bocelli, Ave Verum ta’ Wolfgang Amadeus Mozart, Amazing Grace, ta’ Celtic Woman, u 3 verżjonijiet differenti tal-Ave Maria, fosthom waħda miktuba mit-Tenur Taljan, Andrea Bocelli.

Dan il-kunċert, li se jkun imtenni ukoll fuq it-televiżjoni lokali f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira, qed jittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Bank of Valletta fost l-oħrajn.