Lokali

Il-PN se jkompli jikkonsulta mal-istakeholders kollha

"Il-liġi trid tindirizza wkoll l-impatt soċjali" - PN

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiddiskuti s-suġġett tal-kannabis f’focus group imwaqqaf apposta u qed ikompli jikkonsulta mal-istakeholders fil-qasam anki wara l-pubblikazzjoni tal-white paper mill-Gvern.

Il-Partit Nazzjonalista kien diġa’ ħabbar li hu favur id-dekriminilizzazzjoni għall-pussess tal-kannabis għall-użu responsabbli personali u li l-liġi trid tindirizza wkoll l-impatt soċjali u tipprovdi s-salvagwardji kontra l-abbuż.

Dan isegwi l-istess pożizzjoni li ħa l-Partit Nazzjonalista fl-2015.