Futbol Lokali

Il-kwalifikazzjoni Ewropea għat-Tazza tad-Dinja hi organizzata mill-UEFA…le mhix ċajta!

Eluf daħlu jaqraw l-istorja li ppubblika lbieraħ Net News dwar il-partita Kroazja v Malta

Wara l-istorja ppubblikata lbieraħ minn Net News dwar il-partita Kroazja v Malta u r-rapport li sar mid-delegat tal-UEFA, kienu ħafna dawk li kkuntatjawna u qalulna li din ċajta tal-1 t’April għaliex il-logħob hu organizzat mill-FIFA. Dan, fil-fatt, huwa żbaljat.

Il-kwalifikazzjoni Ewropea għat-Tazza tad-Dinja hi organizzata mill-UEFA u mhux mill-FIFA. U allura LE MHIX ĊAJTA li f’kull każ għandha tkun il-UEFA li tiddeċiedi dwar l-avvenimenti li seħħew f’dawn il-partiti.

L-aħbar ta’ Net News kien dwar il-furur enormi li nħoloq wara l-partita Kroazja v Malta, l-aktar minħabba l-azzjoni tal-penalty fl-ewwel taqsima li inġustament ma kienx mogħti lil Malta mir-referee Żvizzeru Lionel Tschudi. Deċiżjoni li għaliha ħallasna qares.

L-istess referee saffar penalty tassew dubjuż favur il-Kroati.

Dan is-sit kwota ġurnal Kroat illi kien qed jindika li l-UEFA possibilment tagħti l-barka tagħha biex il-partita internazzjonali terġa’ tintlagħab. Iżda kif bassru ħafna…din IVA kienet ċajta.

Fil-fatt, f’dan il-photomontage t’hawn taħt jidher il-kliem Danas je prvi april – li bil-Kroat ifisser “Illum l-1 t’April”.