Edukazzjoni Lokali

Ktieb tat-tfal ta’ Maltija jitla’ fil-quċċata fuq Amazon

Ritratt: Gadgets/Luisa Abela

Il-kittieba Maltija, Luisa Abela, ħadet il-ferħa ta’ ħajjitha meta skopriet li l-ktieb tat-tfal tagħha, “I Wish I Was A Monster”, tela’ fil-quċċata fuq Amazon fost il-kotba ppubblikati fil-kategorija tagħha.

Dan il-ktieb, li qed jikseb popolarità liema bħalha, huwa l-ewwel ktieb maħruġ minn din il-kittieba wara li ħabiba tagħha staqsietha jekk titħajjarx tikteb ktieb żgħir u divertenti li jinżel tajjeb mat-tfal għal Amazon.

L-għażla biex il-mostri tippreżentahom b’perspettiva pożittiva fl-istorja ġiet wara li Luisa Abela tnebbħet minn wieħed min-neputijiet tagħha, li jħobb jilbes ta’ mostru, u immaġinatu bħala mostru jew supereroj.

Dan huwa l-ewwel minn ġabra ta’ 3 kotba li għandhom jiġu ppubblikati fiż-żmien li ġej, bit-tieni ktieb skedat li joħroġ fis-suq fis-26 t’April 2021.