“Il-kontribut tal-Ispiżjara fil-komunita’ għandu jitqies bħala wieħed ta’ importanza kbira fejn tidħol l-istrateġija ta’ roll-out tal-vaċċin għall-COVID-19. Dawn il-professjonisti huma kkunsidrati bħala frontliners indispensabbli meta nħarsu lejn ix-xogħol dedikat li jwettqu mal-pazjenti. Is-suċċess li ksibna fil-kura u servizzi tas-saħħa fil-komunita’ fis-sistemà tal-POYC, li kien daħħal Gvern Nazzjonalista hija evidenti.”
Kien dan li ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-COVID Action Team tal-Partit Nazzjonalista fejn komplew jgħidu li bħala Oppożizzjoni jemmnu fil-kapaċitajiet kbar ta’ dawn il-professjonisti u insostnu l-interess tal-Kamra tal-Ispiżjara li jkunu nvoluti fil-program nazzjonali tal-vaċċinazzjoni għall-COVID-19. Dan qed iseħħ madwar l-Ewropa waqt ir-roll-out tal-vaċċin u b’hekk nassiguraw aktar ħeffa u effiċjenza meta naslu għat-titqib tal-massa.
L-Action Team tal-PN qal li din l-istrateġija bl-użu tat-tobba tal-familja id f’id mal-ispiżjara fil-komunita’ jistgħu jassiguraw aktar suċċess fil-ħin għall-miri tal-programm ta’ vaċċinazzjoni.
//= $special ?>