L-awtoritajiet fl-Italja għalissa qed iżommu lill-bastimenti tal-cruises milli jidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Venezja. Il-projbizzjoni qed issir b’reazzjoni għal talba mill-Organizzazzjoni Unesco li hi l-fergħa tan-Nazzjonijiet Uniti li tħares il-patrimonju kulturali tad-dinja.
Il-Ministeru tal-Kultura fl-Italja, issa, ikkonferma li l-bastimenti l-kbar minn issa ‘il quddiem iridu jibdew jankraw fil-port industrijali ta’ Venezja sakemm tinstab soluzzjoni permanenti għall-issue pendenti.
Dan wara li l-Ministri Taljani qablu biex il-vapuri tal-cruises kbar u l-bastimenti għall-ġarr ta’ kontejners ikunu projbiti mill-kanal ta’ Giudecca ta’ Venezja li jwassal għall-Pjazza Storika ta’ San Marku,.
Il-kritiċi qalu li l-vapuri l-kbar huma kaġun għal tniġġiż tal-ambjent minbarra li qed jagħmlu l-ħsara lil din il-belt fuq il-baħar li tbati regolarment mill-inċidenzi ta’ għargħar.
//= $special ?>