Festi Knisja Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Mixgħela ta’ xemgħat fil-Fgura f’Ħamis ix-Xirka

Ma nżul ix-xemx illejla tul it-triq prinċipali tal-Fgura se ssir mixgħela ta’ xemgħat sabiex jinħoloq ambjent addattat għal dawn il-ġranet qaddisa fid-dawl li l-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu se tkun miftuħa għat-talb privat.

Minkejja li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir qed jiġu ċċelebrati b’mod ristrett ħafna minħabba l-pandemija, il-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju ngħaqdet mal-Kunsill Lokali tal-Fgura permezz tas-Sotto Kumitat Ambjent, Kultura u Wirt Storiku għal din l-attività li se tittella’ bejn is-7.30 u l-11.30pm.

Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment wieħed isib f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-ewwel inizjattiva tax-xorta tagħha fil-Fgura, bl-organizzaturi jappella lill-pubbliku josservaw il-miżuri u r-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa waqt li jgawdu din il-mixgħela.