Lokali

270 immigrant f’periklu qrib il-Gżejjer Maltin

Ritratt: Arkivji

Rapporti internazzjonali qed jindikaw li mal-kosta Afrikana hemm mijiet ta’ dgħajjes li qed jaqsmu minn dan il-kontinent lejn l-Ewropa.

Infatti, fl-aħħar sigħat, l-Għaqda Alarm Phone irrapportat li hemm aktar minn mitejn persuna fil-periklu fl-ibħra taż-żona Maltija tat-tiftix u salvataġġ.

L-għaqda spjegat li l-persuni ilhom bejn sema u ilma għal kważi jumejn filwaqt li saħqet li l-Awtoritajiet Maltin mhux qed iwieġbu għas-sejħa ta’ għajnuna, l-għaqda appellat sabiex tintrefa’ r-responsabbiltà meħtieġa.

Fl-ewwel jiem ta’ din is-sena, 96 immigrant kienu salvati fiz-zona SAR ta’ Malta, għalkemm ma nafux jekk dawn inżammux f’pajjiżna jew le.