Lokali

Abela jagħti x’jifhem li l-Kabinett għadu qed jikkunsidra l-proklami

Il-Kabinett ta’ Robert Abela għadu qed ikaxkar saqajh dwar il-Maħfriet Presidenzjali mitluba mill-allegati eżekuturi tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia; l-aħwa George u Alfred Degiorgio fejn qed jisħqu li għandhom informazzjoni diretta dwar l-involviment ta’ eks Ministru fil-qtil tal-ġurnalista u middleman ieħor.

Dan filwaqt li Vince Muscat – li ngħata sentenza ta’ 15-il sena priġunerija wara li ammetta l-involviment tiegħu f’dan il-qtil makabru…sussegwentament wara li ngħata proklama b’rabta ma każ separat, qed jitlob maħfra presidenzjali oħra sabiex … bħal l-aħwa Degiorgio.. lest li jikxef eks Ministru u Ministru preżenti fil-kabinett ta’ Abela allegatament involuti f’attentat ta’ serqa.

Madanakollu, waqt intervista li saritlu fuq ix-Xandir tal-Istat.. il-Prim Minsitru Robert Abela qal li għalissa ma jistax jikkometti ruħu.

Karatteristika qawwija ta’ Abela tul din l-intervista mxandra fl-ewwel ta’ April kien l-attakk partiġġjan kontinwu kull meta jsib ruħu dahru mal-ħajt – fost oħrajn meta mistoqsi dwar jekk jikkunsidrax li jagħti proklama lin-negozjant Yorgen Fenech. Qalb tgħawwiġ tal-fatti,– il-Prim Ministru bħal donnu ried inessi lill-poplu li kien huwa nnifsu li kkunsidra tali maħfra…fl-ewwel diskors li għamel meta pponta li jkun l-ixprun tal-kontinwità ta’ Joseph Muscat bħala mexxej tal-Partit Laburista.

Robert Abela insista li sa ċertu punt il-kapitlu dwar l-allegazzjonijiet, waħda wara l-oħra, ta’ koruzzjoni rampanti fil-kuriduri ta’ Kastilja taħt Gvern Laburista…huwa wieħed magħluq… u insista li l-kriminalità naqset.

Mistoqsi dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ ta’ tixħim u korruzzjoni allegatament mwettqa mill-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat – Keith Schembri – Abela insista li dan huwa l-aqwa mument għall-istituzzjonijiet – wara li ġiet konkluża l-inkjesta miftuħa mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil..pass dak iż-żmien kritikat minn Abela nnifsu.

 Intant mistoqsi dwar kif bħala membru tal-kabinett ta’ Joseph Muscat ma ndunax b’dak li kien qiegħed jiġri madwaru…huwa kellu biss tifħir għall-predeċessur tiegħu filwaqt li b’rabta ma l-aħħar rivelazzjonijiet tal-kumpanija Macbridge… Abela insista li ma jridx jattakka l-proġetti mwettqa taħt il-Moviment Laburista, proġetti li allegatament minnhom insterqu miljuni tal-ewro minn but il-poplu.

Intant b’rabta mas-sitwazzjoni tal-pandemija meta mistoqsi dwar il-vittmi kawża tal-firxa tal-virus fil-Gżejjer Maltin, Abela falla milli jikkalkulahom tal-inqas darba f’diskorsu u spjega li r-restrizzjonijiet…mitluba mill-Partit Nazzjonalista għal xhur sħaħ u ntrodotti mill-Gvern Laburista b’mod tard, anke skont l-esperti…tant li laħaq daħal u nfirex lokalment il-varjant Brittaniku għad-detriment ta’ saħħet il-poplu… ser ikunu qed jitneħħew b’mod gradwali wara l-11 ta’ April.