Coronavirus Lokali

Covid-19: 42 każ ġdid, mewta oħra

Fl-aħħar sigħat kienu identifikati 42 każ ġdid ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien 94 persuna huma meqjusa li fiequ. Sfortunatament il-pandemija ħalliet vittma oħra, raġel ta’ 82 sena li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei u n-numru ta’ vittmi issa jlaħħqu 395.

B’dawn l-aħħar ċifri, in-numru ta’ każi attivi issa kompla nieżel u issa hu 687 persuna. B’kollox kien hemm 412-il każ ġdid matul din il-ġimgħa, li hu l-inqas numru ta’ każi ġodda mill-aħħar ġimgħa ta’ Settembru li għadda.

Min-naħa l-oħra, 12-il persuna oħra tilfu ħajjithom matul din l-istess ġimgħa.