Feġġew il-provi li membri tal-militar, f’Marzu, wettqu massakru f’zona lejn it-Tramuntana tal-Etjopja – bil-każ qed ikun investigat mill-BBC Africa. Dan wara li ħarġu l-filmati fuq il-media soċjali li juri lis-suldati qed jisparaw lejn irġiel ċivili u mhumiex armati u bis-suldati, imbagħad, iwaddbu l-katavri tal-vittmi minn xifer ta’ irdum.
Il-massakru seħħ fir-reġjun ta’ Tigray fejn l-Armata Etjopjana qed tiġġieled kontra l-qawwiet tal-Front għal-Liberazzjoni tal-Poplu ta’ Tigray.
Il-ġlied ilu għaddej mindu l-Gvern Etjopjan, f’Novembru, beda offensiva militari kontra l- Front, li l-ġellieda tiegħu qed jopponu l-isforzi tal-Prim Ministru Etjopjan, Abiy Ahmed, biex iżid il-poteri tal-Gvern federali.
//= $special ?>