Internazzjonali

FILMAT: L-ex Inter Guarin arrestat wara li ħebb għal missieru

Filmati ppubblikati online wrew lill-eks midfielder ta’ Inter, Fredy Guarin, allegatament taħt l-influwenza tal-alkoħol u miksi demm waqt li kien qed jiġi arrestat mill-Pulizija.

Dan wara li allegatament il-Kolumbjan ta’ 34 sena, li preżentament qed jilgħab mat-tim ta’ Millonarios, ħebb għal qraba tiegħu hekk kif il-familja tiegħu ċemplu għall-għajnuna tal-Pulizija wara li atti ta’ vjolenza domestika fuq il-familja.

Fil-filmati Guarin deher taħt l-influwenza tax-xorb, fejn saħansitra f’mument waqgħa mal-art waqt li kien qed jiġi miġbur mill-Pulizija…bid-demm mal-qalziet.

S’issa mhux ċar jekk id-demm hux tiegħu jew ta’ xi ħaddieħor.