Membri mill-uffiċju tal-Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa wara li seħħ inċident fil-mitjar ta’ Ħal Luqa, inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.
Dan hekk kif ftit wara l-11:30 tal-Ġimgħa filgħodu, ajruplan tal-linja tal-ajru RyanAir kien qiegħed jiġi rmunkat meta għal xi raġuni mhux magħrufa – l-vejikolu tal-ajru kellu mpatt ma xi bowsers li dak il-ħin kienu fir-runway.
Kelliema għall-Pulizija spjegaw ma’ Net News li r-runway ingħalqet għal tul ta’ ħin għal xi ajruplani kawża ta’ xi tifrik inevitabbli konsegwenza tal-inċident.
Fi stqarrija kelliema għall-MIA spjegaw li żewġ titjiriet ta’ Lufthansa u Tunisair li kienu ġejjin minn Frankfurt u Tuneż rispettivament – ġew iddevjati lejn Katanja u lura lejn Tuneż.
Fortunatament ħadd ma ndarab fil-każ.
//= $special ?>