Il-faxxa tal-captain ta’ Cristiano Ronaldo, li tefa’ mal-art fid-draw frustranti kontra s-Serbja, ġiet rkantata għas-somma ta’ €64,000.
Ronaldo u t-tim Portugiż kienu mċaħħda minn gowl li qabeż il-linja iżda r-referee deherlu li l-ballun ma kienx qabeż kollu, b’riżultat li ma tax il-gowl. B’reazzjoni għal dan Ronaldo ħareġ l’barra mill-grawnd u tefa’ l-faxxa mal-art bir-rabja.
Il-pumpier Djorde Vukicevic, li ġabar il-faxxa minn mal-art, iddeċieda li jitfa’ għall-irkant, bil-flus miġbura mill-irkant imorru għat-trattament ta’ Gavrillo Djurdjevic, tifel Serb li jbati minn kundizzjoni fl-ispina ta’ daru.
//= $special ?>