Knisja Kultura Lokali

Il-Knisja Kattolika tfakkar il-jum qaddis tal-Ġimgħa l-Kbira

It-tridu tal-Għid jissokta għada biċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid il-Kbir

Il-ħsejjes tal-marċi funebri, iċ-ċuqlajta u t-tnabar, it-tkaxkir tal-ktajjen, il-pesonaġġi tal-passjoni, it-taħbita għall-forċina fil-purċissjonijiet – kollha karatteristici li, għal sen’oħra, konna nieqsa minnhom minhabba l-pandemija tal-COVID-19.

Iċ-ċelebrazzjonijiet fuq gewwa xorta ma’ naqsux.

Matul il-Jum tal-Ġimgħa l-Kbira, Net News żar il-lokalita ta’ Birkirkara fejn tkellimna mal-Prepostu Mons. Paul Carmel Vella fejn stqarr magħna li minkejja il-limitazzjonijiet u l-miżuri minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-kolleġġjata bażilika ta’ Santa’ Elena f’Birkirkara xorta waħda laqgħet lil dawk in-nies xtaqu jagħmlu ħin jirriflettu, jqerru jew inkella jitqarbnu.

Huwa stqarr magħna li n-nies ma qatgħux milli jmorru l-knisja u dan juri kemm l-Maltin u l-Għawdxin għadhom verament għadhom jgħożżu dawn iż-żminijiet.

Żorna wkoll il-Knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri fejn tkellimna mal-Arċipriet Mario Mangion fejn stqarr magħna kif qed tiġi ċċelebrata il-ġimgħa mqaddsa għat-tieni darba b’differenza minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Fit-3pm, fil-knejjes kollha madwar Malta u Għawdex tmexxiet iċ-ċerimonja tal-Adorazzjoni tas-Salib – il-funzjoni waħdanija li ssir kull sena fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira.

Fil-Katidral tal-Imdina, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Adorazzjoni. Din saret mingħajr kongregazzjoni miġbura, minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Il-Papa Franġisku se jkun qed imexxi ċ-ċelebrazzjoni mill-Vatikan għall-ħabta tas-6pm.

Il-Ġimgħa l-Kbira tibqa’ ġurnata ta’ riflessjoni għall-fidili Insara…. li matulha tiftakar il-kruċifissjoni ta’ Ġesù Kristu fuq il-Kalvarju, li ssagrifika ruħu biex isalva l-umanità mid-dnub u jagħtiha il-ħajja ta’ dejjem. U huwa propju għalhekk is-salib ittieħed bħala s-simbolu tal-glorja għall-qima tal-Insara.