Festi Kultura Lokali

In-nies għadhom ifittxu l-ikel marbut mal-Għid il-Kbir?

Fis-snin preċedenti.. f’dawn iż-żminijiet fit-toroq Maltin jitfaċċaw diversi bejjiegħa, lesti biex ibiegħu ikel u ħelu li jittiekel l-aktar matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

Iżda minħabba l-pandemija tal-COVID-19.. din is-sena dawn il-bejjiegħa evitaw li jarmaw u għalhekk kull min xtaq biċċa qaghaqa tal-appostli friska jew inkella xi biċċa figolla tajba kellu jsib metodu ieħor kif jista’ jakkwistahom

Il-Ġimgħa filgħodu, Net News żar żewġ kumpaniji.. rinomati mal-produzzjoni tal-ħobż u l-ħelu fejn rajna metodi u proċessi ta’ kif isir dan l-ikel tradizzjonali li d-domanda għalihom kull sena tibqa’ tiżdied…filfatt sostnew magħna li minkejja l-pandemija.. il-produzzjoni xorta waħda baqgħet għaddejja kif kienet issir qabel il-pandemija…

Tkellimna ma’ James Debono u Vince Saffrett fejn staqsejnihom x’inhuma l-preparamenti għall-produzzjoni tal-qagħaq tal-appostli kif ukoll tal-figolli.