Il-kowċ ta’ Juventus Andrea Pirlo qal li Weston McKennie, Paolo Dybala u Athur m’humiex se jkunu nvoluti fid-derby ta’ għada ma’ Torino għaliex kisru ir-regoli marbuta mal-Covid 19.
McKennie organizza l-festin u stieden lil sħabu flimkien ma’ għoxrin persuna oħra, bil-puluzija Taljana jkollha tintervjeni u twaqqaf dan il-festin.
Bħalissa kull tip ta’ festin huwa prohbit fl-Italja kif ukoll jemm fis=seħħ curfew fejn in-nies iridu jkunu f’darhom bejn l-10pm u l-5am, bil-festin ta’ McKennie jitwaqqaf għall-ħabta tal-11.30pm.
Pirlo spjega li t-tliet t’iplejers se jibqgħu jittrenjaw waħedhom filwaqt li saħaq li dawn l-affarijiet m’għandhomx isiru min-nies ta’ eżempju bħalhom.
Għada Juventus jilgħabu kontra r-rviali Torino fid-8.45pm hekk kif jinsabu 10 punti ‘l bogħod mit-tim tal-ewwel post Inter.