Futbol Sport

L-aqwa timijiet fl-Ewropa interessati f’ Erling Haaland

Hekk kif ilbieraħ bosta rapporti minn Spanja irrapurtaw li missier Elring Haaland u l-aġent Mino Raiola kienu jinsabu f’Barcelona u Madrid, illum rapporti mill-midja Ingliża qed jindikaw li jista’ jkollhom diversi laqgħat ma’ klabbs mill-Premier League.

F’dak li jista jitqies bħala it-trasferiment tas-sajf, dejjem jekk dan iseħħ, Erling Haaland jista’ kiċċaqlaq minn ma Borussia Dortmund u jinaqgħad ma’ wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa, b’Barcelona u Real Madrid diġa bdew id-diskussjonijiet dwar il-possibilita jsir it-trasferiment.

Minkejja dan bosta klabbs mill-Premier Leaue fosthom; Man Utd, Man City, Chelsea u Liverpool kollha mistennija jkollhom diskussjonijiet ma’ missier Haaland u Raiola sabiex jinnegozzjaw it-trasferiment ta’ dan il-plejer żagħżugħ.

Minkejja dan id-direttur sportiv ta’ Dortmund, Michael Zorc, stqarr li l-intenzjoni ta’ Dortmund huwa li jżommu lil Haaland magħhom, fejn saħaq li dan qalu wkoll lill-aġent Raiola.

Haaland dan l-istaġun huwa wieħed mill-aktar attakkanti prolifiċi fl-Ewropa fejn skorja 33 gowl f’ 31 partita ma’ Dortmund sa issa. FL-2020 Haaland rebaħ ukoll l-unur tal-Golden Boy fejn bosta qed jqisuh bħala l-istilla tal-futur tal-futbol Ewropew.