L-Assoċjazzjoni Maltija tar-Rugby ikkonfermat li it-timijiet nazzjonali tar-rugby kemm tan-nisa kif ukoll tal-riġiel, se jkunu qegħdin jikkompetu f’kompetizzjonijiet internazzjonali matul din is-sena.
Minkejja id-diffikultajiet marbuta mal-Covid 19, it-tim tar-rugby tal-irġiel se jkun qed jieħu sehem fir-Rugby Europe Men 7’s Conference li se ssir fi Piestany, is-Slovakkia, bejn id-29 u 30 ta’ Mejju.
Min-naħa l-oħra it-tim nazzjonali femminili se jkun qed jipparteċipa fir-Rugby Europe Women 7’s Conference li se ssir f’Belgrade, is-Serbja bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju.
L-Assoċjazzjoni, filwaqt li rringrazzjat lil SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport tagħhom, ħabbret ukoll li kellhom jitħassru l-kompetizzjonijiet f’livell ta’ Conference, wara qbil bejn id-Diretturi Ewropej tar-Rugby.
Sadanittant, il-Malta Rugby Football Union għandha l-ħsieb li torganizza partita ta’ ħbiberija fl-aħħar kwart tas-sena 2021, iżda dan jiddependi mis-sitwazzjoni tal-pandemija f’dak iż-żmien.
//= $special ?>