L-għawwiema Taljana Federica Pellegrini rnexxielha tikkwalifika għall-Olimpjadi 2020 għall-ħames darba fil-karriera tagħha.
Minkejja li Pellegrini kellħa post garantit fl-Olimpjadi ta’ Tokyo, minħabba li hija iċ-champion attwali tal-200metru freestyle, Pellegrini rnexxielha tagħmel din id-distanza f’ħin ta’ 1:56:90. Hi rnexxielha tikseb dan il-ħin impressjonanti fil-Kampjonati Taljani tal-2021 li qed isiru f’Riccone l-Italja.
Pellegrini iddebutat fl-Olimpjadi fl-2004 f’Ateni, fejn hemmhekk rebħet il-midalja tal-fidda fl-eta’ ta’ sittax-il sena. Fl-2008 f’Beijing, Pellegrini rebħet il-midalja tad-deheb fil-200metru freestyle, biex segwit b’rebħiet fil-kampjonati mondjali tal-2009,2011, 2017 u fl-2019.
Pellegrini hi l-unika għawwiema li rnexxielha tirbaħ tmien midalji konsekuttivi fil-kampjonati mondjali fl-istess kategorija.
//= $special ?>