Futbol Sport

Possibilità li l-UEFA taċċetta skwadri akbar għall-EURO 2020

Il-UEFA qed tikkunsidra li t-timijiet parteċipi fl-EURO 2020 ikunu jistgħu iħabbru skwadri akbar, wara li diversi kowċis jinsabu inkwetati li jitilfu xi plejers minħabba l-Covid 19.

Minkejja li l-ebda deċiżjoni għada ma ttieħfet, il-UEFA tinsab f’diskussjoniijiet sabiex issib soluzzjoni għal din il-problema li jistgħu jiffaċjaw diversi timijiet nazzjonali.

Fost in-nazzjonijiet li qegħdin jimbuttaw din il-proposta hemm l-Italja, il-Belġju u Franza, bil-kowċ tal-Belġju, Roberto Martinez, din il-ġimgħa jisħaq li l-iskwadri għandhom ikunu komposti minn tal-inqas 27 plejer.

Sa mit-Tazza tad-Dinja tal-Ġappun u l-Korea t’Isfel fl-2002, lil’hawn, in-nazzjonijiet setgħu jgħajtu sa massimu ta’ 23 plejer fl-iskwadri finali.

B’kuntrast għal Martinez, il-kowċ Ingliż Gareth Southgate ma jaqbilx li l-iskwadri għandhom ikunu akbar, u minflokk qal li għandhom ikunu magħżula 23 plejer.

Deċiżjoni dwar dan mistennija tittieħed fid-19 t’April fil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, fejn se jkunun ikkonfermati wkoll l-ibliet li se jospitaw partiti minn dan it-turnament.