Żewġ persuni — wieħed minnhom uffiċjal tal-pulizija — tilfu ħajjithom f’inċident vjolenti f’Washington meta raġel saq karozza direttament għal ġol-pulizija li kienu qed iħarsu zona ta’ aċċess għall-kumpless tal-Capitol.
Għadu kemm ġie kkonfermat li l-aggressur ħareġ b’sikkina mill-karozza u ħebb għall-pulizija — bir-riżultat li uffiċjal minnhoom miet mill-ġrieħi li ġarrab fl-attakk. Il-vjolenza seħħet fl-inħawi tan-North Barricade vehicle access point f’Constitution Avenue
L-aggressur inqatel minn tiri li sparawlu l-pulizija ftit tal-ħin wara. Intant il-pulizija li qed jagħmlu r-ronda fl-inħawi tal-Capitol qalu li l-każ ma jidhirx li hu konness mat-terroriżmu.
Madankollu, il-bini tal-kumpless tal-Capitol jinsabu taħt lockdown waqt li l-pulizija jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.