Sport Sport Ieħor

Stefanos Tsitsipas eliminat mill-Open ta’ Miami

Is-seed numru 2 il-Grieg Stefanos Tsitsipas kien eliminat fil-kwarti finali tal-Open ta’ Miami mit-tennist Pollakk Hubert Hurkacz 2-6 6-3 6-4.

Hurkacz kellu jirkupra r-riżultat hekk kif tilef l-ewwel sett, biex rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara u rnexxielu jikseb postu fis-semi finali tal-Open ta’ Miami, fejn issa se jiltaqa’ kontra is-seed numru 4 Andrey Rublev. Min-naħa tiegħu Rublev għeleb lil Amerikan Sebastian Korda 7-5 7-6 fil-kwarti finali l-oħra.

Tsitsipas ta’ 22 sena, fil-kummenti ta’ wara l-partita stqarr li jinsab diżappuntat ferm b’din it-telfa fejn anke kellu argument mac-chair umpire waqt il-partita, b’riżultat li rċieva penali fuq ħela ta’ ħin mill-istess umpire.

Fis-semi finali l-oħra Roberto Bautista Agut jaffronta lil Jannik Sinner għall post fil-finali f’Miami.