Lokali

Belġjan fil-periklu tal-mewt wara li żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fl-Imsida

Tfajla Ukrena u żagħżugħ mill-Belġju, it-tnejn ta’ 17-il sena kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtu minn vettura fl-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17.30 tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq ix-Xatt meta għal xi raġuni intlaqtu minn karozza misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien fiż-żona tad-dwal tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, fl-Imsida.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żgħażagħ l-isptar għal aktar kura fejn filwaqt t-tfajla sofriet minn ġrieħi gravi, il-Belġjan jinsab jissielet għal ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret inkjesta.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.