Sport Sport Ieħor

Alex Borg se jikkompeti fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Mondjali

Il-player Malti tas-snooker Alex Borg, se jkun qed jikkompeti fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Mondjali li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association li se jsiru fl-English Institute of Sport f’Sheffield fl-Ingilterra.

Dan il-kampjonat se jintlagħab bejn nhar it-Tnejn u l-14 ta’ April fejn fihom se jieħdu sehem 128 player tas-snooker. Minn dawn il-logħbiet se jikkwalifikaw 16-il player fejn jingħaqdu mal-aqwa 16-il player fir-Rankings Mondjali fil-fażi finali se tintlagħab bejn is-17 ta’ April u t-3 ta’ Mejju fil-Crucible Theatre ta’ Sheffield.

Fl-ewwel round, Borg se jkun qed jilgħab kontra Rod Lawler bil-logħba tintlagħab nhar it-Tlieta fl-10.30am u tkun l-aqwa minn 11-il frame.