Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Gvern mhux jaqbel li l-ispiżjara jagħtu l-vaċċin

Proposta li ressaq il-Partit Nazzjonalista sabiex il-tilqim isir ukoll mill-ispiżjara, ingħatat il-ġenb mill-Gvern Laburista.

L-ispiżjara, minn naħa tagħhom, jinasbu irrabjati ferm li huma mhux se jkunu inklużi fil-lista ta’ persuni li jistgħu jagħtu l-vaċċin għal kontra l-COVID-19.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Gvern ċaħad l-aħbar illi l-vaċċin tal-Johnson & Johnson se jkun qed jingħata mill-ispiżjara, fejn intqal li ma kien ebda ftehim …u mhux se jkun hemm ftehim fil-futur biex dan isir.

Numru ta’ spiżjara li tkellmu ma’ The Malta Independent fakkru illi t-tobba se jibdew dalwaqt jagħtu l-vaċċin fi kliniċi privati… u bħala kumpens jitħallsu biex jagħtu t-tilqima.

Il-Kamra tal-Ispiżjara uriet it-tħassib tagħha dwar dan kollu, u qalet li din id-deċiżjoni hija insult għall-professjoni tal-ispiżjara.

Dawn l-iżviluppi juru li l-Gvern mhux jikkunsidra l-ispiżjara bħala professjonisti responsabbli li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tilqim kontra l-coronavirus u lanqas biex jamministrawha lill-pubbliku ġenerali.