Ambjent

Il-Ministru Anton Refalo jattakka lill-pitkala

Il-Ministeru għall-Agrikoltura Anton Refalo jareġ jiddeplora l-azzjonijiet meħuda mill-Assoċjazzjoni tal-Pitkala f’isem il-membri tagħha biex twaqqaf il-Koperattiva tal-Bdiewa u dawk li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni milli jbigħu prodotti agrikoli miċ-Ċentru tal-Pitkalija.

Skont il-Ministru, dawn l-azzjonijiet se jfixklu l-operat tas-suq u se jkollhom effett negattiv fuq il-komunità tal-biedja. Għalkemm huwa fatt li r-riformi fil-pitkalija li tant ftaħar bihom il-Gvern Laburista għadhom mhux konklużi.

L-Assoċozjani tal-Pitkala minn naħa tagħha qed tgħid li din il-kwistjoni taf toħloq kaos sħiħ fil-mod kif isir il-bejgħ tal-frott u l-ħaxix.

Anton Refalo qed jgħid li hu kellu diversi laqgħat mal-Assoċjazzjoni tal-Pitkala. Iżda bħala fatt, soluzzjoni qatt ma instabet. U l-Gvern ħalliha tkaxkar sa dan il-punt.

Il-Ministeru ħabbar li nhar it-Tnejn 5 ta ’April, il-bdiewa se ikunu jistgħu jidħlu fis-Suq tal-Pitkalija fis-2am, u l-uffiċjali tal-Ministeru ser ikunu qed jiggwidaw lill-bdiewa lejn spazju minn fejn ikunu jistgħu jbigħu direttament il-prodotti tagħhom.

Il-bejjiegħa tal-ħaxix ser jitħallew jidħlu fiċ-Ċentru tal-Pitkalija fl-4am sabiex ikun hemm ħin biżżejjed sakemm il-bdiewa jarmaw f’posthom.