Futbol Sport

Il-Premier League jirritorna wara l-waqfa bil-konfront bejn Arsenal u Liverpool

Wara l-waqfa internazzjonali, il-Premier League jirritorna b’diversi partiti oħra, bl-aktar partita li tispikka fit-30 ġurnata tkun bejn Arsenal u Liverpool. Iż-żewġ timijiet iddiżappuntaw dan l-istaġun hekk kif Liverpool fallew milli jiddefendu it-titlu mirbuħ is-sena l-oħra u jinsabu ħames punti ‘l bogħod minn post fil-UEFA Champions League. Min-naħa l-oħra Arsenal jinsabu żewġ postijiet taħt l-istess Liverpool bi 42 punt, fejn rebħa ttelaħhom sa punt taħt it-tim immexxi minn Jurgen Klopp. Iż-żewġ timijiet se jkunu qegħdin jippruvaw jiksbu t-tliet punti bżonnjużi u jirritornaw wara l-waqfa b’mixja pożittiva.

Partita oħra li se tintlagħab illum hija dik bejn Leicester City u l-leaders Man City, b’dawn tal-aħħar jinsabu erabtax-il punt fuq it-tim tat-tieni post Man Utd. Punt wara Man Utd, jinsabu l-istess Leicester City fit-tielet post u se jkunu qedgħdin iħarsu li jkomplu bir-riżultati pożittivi li kellhom qabel il-waqfa, b’rebħa ta’ 5-0 kontra Sheffield United u rebħa importanti oħra kontra Man Utd fil-kwarti finali tal-FA Cup. Fl-aħħar confront bejn dawn it-tnejn kienu Leicester li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2 kontra Man City, bl-eroj tal-ġurnata jkun Jamie Vardy li skorja hat-trick fl-Etihad Stadium.

It-tim immexxi minn Ole Gunner Solskjaer, Man Utd jilqgħu f’darhom lil Brighton f’dik li għandha tkun rebħa faċli għar-Red Devils. Man Utd rebħu l-aħħar sitt konfronti ben dawn iż-żewġ timijiet, bi Brighton għadhom qatt ma rebħu lil Man Utd f’Old Trafford. Minkejja dan Brighton se jkunu qegħdin iħarsu li jiksbu tliet rebħiet konsekuttivi fil-Premier League għal-ewwel darba sa minn Ottubru tal-2018.

Fl-ewwel partita tal-lum it-tim fir-raba’ post tal-klassifika jilqgħu f’darhom lit-tim li jinsab fil-post ta’ qabel tal-aħħar, West Brom. Chelsea rebħu ħamsa mill-aħħar seba’ konfronti, biż-żewġ partiti l-oħra jtemmu fi draw. L-aħħar konfornt bejn dawn iż-żewġ timijiet spiċċa fi draw fejn West Brom kellhom vantaġġ ta’ 3-0, bit-tim dakinhar immexxi minn Frank Lampard jirnexxielu jġib id-draw b’rimonta dit-tieni taqsima. Taħt Tuchel Chelsea għadhom mingħajr telfa, hekk kif ulhom tlettax il-partita mingħajr telfa fil-kompetizzjonijiet kollha.

Illum: Chelsea v West Brom 1.30pm, Leeds v Sheff Utd 4.00pm, Leicester v Man City 6.30 pm, Arsenal v Liverpool 9.00pm, Għada: Southampton v Burnley 1.00pm Newcastle v Tottenham 3.05pm, Aston Villa v Fulham 5.30pm, Man Utd v Brighton 8.30pm, It-Tnejn Everton v Crystal Palcace 7.00pm, Wolves v West Ham 9.15pm