Fit-30 ġurnata mis-Serie A, l-aktar partita li tispikka hija d-derby ta’ Turin bejn Torino u Juventus, b ‘dawn tal-aħħar se jkunu mingħajr McKennie, Dybala u Arthur.Min-naħa l-oħra Torino rebħu biss partita mill-aħħar 29 partita li lagħbu kontra Juventus fis-Serie A, bl-unika rebħa tasal fl-2015. B’Juventus fit-tielet post u Torino fis-sbatax-il post, iż-żewġ timijiet għandhom bżonn il-punti għal għanijiet differenti, bid-distakk bejn Juventus u Inter,li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, jkun dak ta’ għaxar punti.
Il-leaders Inter jmorru għand Bologna hekk kif se jkunu qegħdin iħarsu li jkomplu jiftħu d-distakk minn ma’ Milan fl-aħħar partiti tas-Serie A.
Inter jinsabu fuq mixja pożittiva hekk kif rebħu l-aħħar tmien partiti tagħhom fis-Serie A, bl-aħħar darba li rnexxielhom jagħmlu mixja simili tmur lura għall-2007.Min-naħa l-oħra Bologna rebħu biss żewġ partiti mill-aħħar tlettax il-paritita kontra Inter, biż-żewġ rebħiet jaslu fl-aħħar erba’ konfronti bejn iż-żewġ timijiet.
Partita oħra interessanti hija bejn Milan u Sampdoria, fejn Milan se jħarsu li jnaqqsu d-distakk minn ma’Inter filwaqt li Sampdoria jinsabu komdi f’nofs il-klassifika. Milan ilhom ħames partiti ma jirbħu f’darhom fil-kompetizzjonijiet kollha bl-aħħar mixja daqshekk negattiva tmur lura għall-2013. Rebħa għal Milan hija imperattiva sabiex jżommu ħajjin it-tamiet tagħhom li jirbħu l-kampjonat fl-aħħar tal-istaġun.
It-tim tal-kapitali, Roma se jmorru jilagħbu għand Sassuolo sabiex iqawwu it-tamiet tagħhom li jagħmluwha fil-postijiet tal-Ewropa. Għal Sassuolo din il-paritita ma tantx tawgura tajjeb hekk kif rebħu biss konforn wieħed mill-aħħar ħmistax kontra Roma, bir-rebħa ta’4-2 tasal l-istaġun li għadda. L-ewwel partita tagħhom dan l-istaġun intemmet fi draw ta’ 0-0.
Illum: Milan v Sampdoria 12.30pm, Atalanta v Udinese 3.00pm, Napoli v Crotone 3.00pm, Benevento v Parma 3.00pm, Sassuolo v Roma 3.00pm
Genoa v Fiorentina 3.00pm, Cagliari v Verona 3.00pm, Lazio v Spezia 3.00pm, Torino v Juvenus 6.00pm, Bologna v Inter 8.45pm