Kunsilli Lokali Lokali

Imut William Pomroy, eks Kunsillier tal-PN f’Marsaxlokk

Fl-aħħar sigħat ġie mħabbar li miet eks Kunsillier f’isem il-PN f’Marsaxlokk, William Pomroy. Huwa serva fil-Kunsill Lokali tar-raħal Xlukkajr għal 18-il sena, bejn is-sena 1994 u l-2012.

William Pomroy qed ikun deskritt minn bosta bħala ġentlom u raġel li dejjem għamel minn kollox biex jgħin lil kulħadd.

Pomroy serva għal snin twal bħala President tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN f’Marsaxlokk.