Il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta telgħu għal 397 persuna hekk kif fl-aħħar sigħat mietu żewġ irġiel ta’ 62 u 65 sena li kienu jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt instabu 62 każ ġdid tal-Coronavirus, b’aħbar pożittiva hi li l-paġna tas-Saħħa fuq Facebook ħabbret li fiequ 114-il persuna.
Il-każijiet attivi niżlu għal 633, bil-każijiet totali minn Marżu 2020 ‘l hawn issa jammontaw 29,189, bit-28,159 ifiequ mill-virus.
Sal-bieraħ ngħataw 209,065 doża tal-vaċċin, li 57,123 minnhom kienu t-tieni doża.
Intant, minkejja li n-numri ta’ każi ġodda qed jonqsu ġmielhom, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci appellat sabiex kulħadd jibqa’ jżomm l-attenzjoni, speċjalment għall-jum Ħadd il-Għid, b’appell b’saħħtu biex in-nies jobdu r-ristrezzjonijiet imposti.
//= $special ?>