Lokali

“Infrastracture Malta għandha twaqqaf l-aġir abbusiv u perikoluż” – Moviment Graffiti

Minħabba xogħolijiet li qed jitkomplew f’Ħad-Dingli, iġġarrfet parti minn ħajt privat.. ħajt li jinsab tefgħa ta’ ġebla l-bogħod, ftit metri biss, minn kappella medjevali.

Moviment Graffiti saħqu li dawn ix-xogħlijiet se jipperikolaw bil-kbir lil din il-kappella medjevali. Filfatt, dak li għadu kemm seħħ huwa konferma ta’ dan.

Huma ser jibqgħu jinsistu li Infrastructure Malta m’għandhiex permessi biex tagħmel dawn ix-xogħlijiet, la permessi tal-ippjanar u lanqas permessi mill-Awtorità tal-Artijiet sabiex tidħol fl-art privata tan-nies.

Moviment Graffiti saħqu li Infrastructure Malta għandha twaqqaf immedjatament dan l-aġir abbusiv u perikoluż.