Knisja Kultura Lokali

“Irridu naraw li jinqered il-ħażen” – Mons. Scicluna

“Irridu naraw li jinqered il-ħażen u nwarrbu l-velenu”.

Hekk stqarr Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Sibt il-Għid, mill-Katidral tal-Imdina; ċelebrazzjoni li saret f’Katidral vojt minħabba r-restrizzjonijiet li għadhom imposti b’rabta mal-pandemija.

Fl-omelija li wassal, Mons. Scicluna kellu messaġġ ta’ tama għall-insara f’dan il-perijodu ta’ sfida minħabba l-pandemija.

Messaġġ simili twassal ukoll mill-Papa Franġisku, li fiċ-ċerimonja mill-Vatikan awgura li d-dinja toħroġ kemm jista’ jkun malajr mid-dalma li ġabet magħha fuq l-umanità l-imxija tal-Covid-19. Il-funzjoni tal-Papa kellha tibda sagħtejn qabel minħabba l-curfew li hemm impost bħalissa mill-awtoritajiet Taljani.