It-tennist Taljan Jannick Sinner se jkun qed jilgħab kontra Hubert Hurkacz fil-finali tal-Open ta’ Miami.
Sinner li għad għandu biss 19-il sena rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Roberto Bautista Agut fis-semifinali bl-iskor ta’ 7-5 4-6 4-6 filwaqt li l-Pollakk Hurkacz għeleb lir-Russu Andrey Rublev 6-3 6-4.
Din se tkun l-ewwel finali bejn iż-żewġ tennisti minkejja li fil-passat iż-żewġ tennisti kienu jittrenjaw flimkien, bil-finali tintlagħab għada fis-7.00pm
//= $special ?>