Fit-tieni Grand Prix tiegħu fil-Moto GP, is-sewwieq ta’ Ducati rnexxielu jikseb il-Pole Position fit-tieni Grand Prix li qed isir f’Doha l-Qatar. Fit-tieni post temm is-sewwieq Franċiż Johann Zarco filwaqt li l-Ispanjol Maverick Vinales li rebaħ il-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet temm fit-tielet post. Is-sewwieq l-ieħor ta’ Ducati Jack Miller se jkun qiegħed jibda mir-raba’ post, bil-Franċiż ta’ Yamaha Fabio Quartararo se jkun qed jitlaq mill-ħames post.
Francesco Bagnaia u Alex Espargaro temmew fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament filwaqt li Alex Rins temm fit-tmien post. Ic-champion renjanti Joa Mir se jkun qed jibda mid-disa’ pożozzjoni filwaqt li Franco Morbidelli se jkun qed jitlaq mill-għaxar post. It-tellieqa ta’ għada tibda fis-7.00pm ħin ta’ Malta.
MOTOGP
Kif temmew: 1. J. Martin 1:53.106, 2. J. Zarco +0.157, 3. M. Vinales +0.161, 4. J. Miller +0.197, 5. F. Quartararo +0.363, 6, F. Bagnaia +0.548, 7. A. Espargaro +0.599, 8. A. Rins +0.639, 9. J. Mir +0.679, 10. F. Morbidelli +0.688, 11. S. Bradl +1.118, 12. M. Oliveira +1.990, 13. L. Marini +1.122, 14. A. Marquez +1.155, 15. P. Espargaro +1.296, 16. T. Nakagami +1.375, 17. D. Petrucci +1.422, 18. B. Binder +1.449, 19. E. Bastianini +1.526, 20. I. Lecuona +1.625, 21. V. Rossi +1.775, 22. L. Savadori +2.717
//= $special ?>