Lokali

Rumen iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta

Rumen ta’ 31 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ gravi hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.

L-inċident seħħ illum waranofsinhar għall-ħabta tas-1:00pm fi Triq il-Kosta, in-Naxxar. Fi stqarrija l-pulizija kkonfermaw li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda ADV.

Mill-ewwel fuq il-post waslu l-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.