Il-weightlifter Maltija, Tenishia Thornton kisret ħames rekords nazzjonali fis-Senior European Championships li saru aktar kmieni llum fir-Russja.
Thornton ikkompetiet fil-kategorija tad-49kg u temmet b’70kg fis-Snatch u 89kg fil-clean and jerk, fejn f’din il-kategorija tejbet ir-rekord tagħha b’5kg, filwaqt li t-total ta’ 159kg kien 4kg aħjar mir-rekord preċidenti.
Hi temmet fl-ewwel post fi Grupp B tad-49kg fejn għelbet l-isfida ta’ weighlifter mill-Greċja u l-Moldova. Dawn ir-riżultati jaslu ftit xhur wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa li Thornton kella fil-Youth World Championships fejn temmet fit-tielet post overall b’total ta’ 155kg.
Il-weightlifter Maltija, Yazmin Zammit Stevens se tkun qed tikkompeti nhar l-Erbgħa fil-kategorija tal-71kg.
//= $special ?>