Raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 41 sena, it-tnejn mill-Ungerija, ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, wara li nqabdu b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar.
Wara jiem ta’ investigazzjonjiet u osservazzjoni fuq importazzjoni tad-droga, ilbieraħ, għal xi l-11.00 il-Pulizija daħlu ġo dar f’Birżebbuġa u waqt tfittxija nstabet sustanza suspettata droga eroina u MDMA lesta biex tiġi ttraffikata, kif ukoll sustanza suspettata amfetamina.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu, għal ħabta tal-11.30, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke akkużati b’importazzjoni, pussess u traffkar tad-droga, tixħim u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija, fost oħrajn.
//= $special ?>