Internazzjonali

“Ġranet aħjar fil-qrib” – Boris Johnson

“Ġejjin ġranet aħjar għar-Renju Unit” hekk stqarr il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson fil-messaġġ tal-Għid tiegħu meta stqarr li għar-Renju Unit, din kienet sena kemm xejn diffiċli iżda wara l-Għid, ir-Renju Unit se jara għodwa ġdida.

Boris Johnson iddikjara li jifhem it-tbatijja li ċertu nsara sofrew minħabba li setgħux jiċċelebraw l-Għid mal-familji tagħhom minħabba r-restrizzjonijiet riċenti tal-COVID 19, madankollu Johnson kompla biex jgħid li dan kien randan tassew ta’ sagrifiċju min-naħa tal-Insara, li mhux talli wrew l-appoġġ tagħhom għar-restrsizzjonijiet tal-Gvern Brittaniku imma segwewhom.

Id-dikjarazzjoni ta’ ‘għodwa ġdida’ min Boris ġiet wara li diversi rapporti mir-Renju Unit qiegħdin jgħidu li l-programm tat-tilqim għaċ-ċittadini tar-Renju Unit huwa suċċċess kbir.

Dan wara li 30% tal-popolazzjoni Brittanika kienet ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin sal-aħħar ta’ Frar bil-kawża li l-ICU tal-Isptarijiet fir-Renju Unit qiegħdin jirrapurtaw nuqqas kemm fin-numru ta’ pazjenti, kif ukoll fin-numru ta’ mwiet. B’Boris Johnson jkompli jisħaq li r-Renju Unit se jipprova jlaqqam l-adulti kollha sal-aħħar ta’ April.